28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Jannar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Haarlem — il-Pajjiżi l-Baxxi) — DHL Danzas Air & Ocean (Netherlands) BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West, kantoor Hoofddorp Saturnusstraat
(Kawża C-227/11) (1)
(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Tariffa Doganali Komuni - Intestaturi tat-tariffa - Analizzaturi ta’ netwerk - Klassifikazzjoni - Valur legali ta’ opinjoni ta’ klassifikazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana)
2012/C 126/05
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Haarlem
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DHL Danzas Air & Ocean (Netherlands) BV
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West, kantoor Hoofddorp Saturnusstraat
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank Haarlem — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 129/2005, tal-20 ta’ Jannar 2005, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 955/98 (ĠU 2008 L 348M, p. 49) — Analizzaturi ta’ netwerk
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, u permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, rispettivament, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-analizzaturi tan-netwerk bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jiġu kklassifikati fis-subintestatura 9030 40 90 tan-Nomenklatura Magħquda, kif emendata bir-Regolament Nru 1810/2004, jew fis-subintestatura 9030 40 00 tan-Nomenklatura Magħquda, kif emendata bir-Regolament Nru 1719/2005, skont id-data tal- importazzjoni tagħhom, sakemm dawn l-apparati għandhom l-istess għan li jħaddmu miżuri jew kontrolli ta’ kwantitajiet elettriċi, fatt li hija qorti nazzjonali li għandha tiddetermina. Alternattivament, dawn l-apparati għandhom jiġu kklassifikati fis-subintestatura 9031 80 39 tan-Nomenklatura Magħquda, kif emendata bir-Regolament Nru 1810/2004, jew fis-subintestatura 9031 80 38 tan-Nomenklatura Magħquda, kif emendata mir-Regolament Nru 1719/2005, skont id-data tal-importazzjoni tagħhom.
(1) ĠU C 226, 30.07.2011.
Full & Egal Universal Law Academy