14.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 109/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Novembru 2011 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-235/11 P) (1)
(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Kuntratti pubbliċi mogħtija mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea f’isimhom stess - Sejħa għal offerti li tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi IT u ta’ għajnuna lill-utenti fir-rigward tas-sistema Komunitarja tal-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet (CITL u CR) - Ċaħda tal-offerta - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Appell manifestament inammissibbli u manifestament infondat)
2012/C 109/08
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, dikigoroi)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Calciu, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-589/08 (Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni), li tiċħad rikors intiż, min- naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Ottubru 2008, li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti ENV.C2/FRA/2008/0017, għall-konklużjoni ta’ kuntratt-qafas għall-provvista ta’ servizzi IT (Teknoloġija tal-Informazzjoni) u ta’ għajnuna lill-utenti fir-rigward tas-sistema Komunitarja tal-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet [ġurnal ta’ tranżazzjonijiet Komunitarji indipendenti (CITL) u reġistru Komunitarju (CR)] (ĠU 2008/S 72-096229), kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min- naħa l-oħra, talba għad-danni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 16.07.2011
Full & Egal Universal Law Academy