6.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 — World Wide Tobacco España, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-240/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Effett dissważiv - Ugwaljanza fit-trattament - Ċirkustanzi attenwanti - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Kooperazzjoni)
2012/C 303/05
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: World Wide Tobacco España, SA (rappreżentanti: M. Odriozola u A Vide, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u L Malferrari, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tat-8 ta’ Marzu 2011 — World Wide Tobacco España vs Il-Kummissjoni (T-37/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali parzjalment ċaħdet talba għal tnaqqis fl-ammont tal-multa imposta fuq l-appellanti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) (KE) (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat — Spanja)
Dispożittiv
(1)
L-appell prinċipali u dak inċidentali huma miċħuda.
(2)
World Wide Tobacco España SA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell prinċipali.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell inċidentali.
(1) ĠU C 211, 16.7.2011.
Full & Egal Universal Law Academy