3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/39
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Mejju 2013 — Caixa Geral de Depósitos, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-242/11 P) (1)
(Appell - Artikoli 149 u 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Sussidju globali ta’ sostenn għall-investiment lokali fil-Portugall - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjon - Inammissibbiltà manifesta)
2013/C 225/67
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Appellanti: Caixa Geral de Depósitos, SA (rappreżentant: N. Ruiz, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė, L. Flynn u P. Guerra e Andrade, aġenti), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011, Caixa Geral de Depósitos vs Il-Kummissjoni (T-401/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3772, dwar tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) dwar is-sussidju globali ta’ għajnuna għall-investiment lokali fil-Portugall skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 1769, tat-28 ta’ Lulju 1995, u talba għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-las tal-kumplament tal-għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 238 KE.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Caixa Geral de Depósitos SA u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati ma’ dan l-appell.
(3)
Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) GU C 219, 23.7.2011.
Full & Egal Universal Law Academy