6.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 101/2
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove — is-Slovakkja) — Erika Šujetová vs Rapid life životná poisťovňa as
(Kawża C-252/11) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 101/02
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Krajský súd v Prešove
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Erika Šujetová
Konvenuta: Rapid life životná poisťovňa as
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) — Dispożizzjoni nazzjonali li tagħti lill-qorti ta’ fejn żvolġiet il-proċedura ta’ arbitraġġ il-kompetenza esklużiva li tisma’ talba għall-annullament ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ — Dispożizzjoni nazzjonali li timponi fuq din il-qorti l-obbligu, wara l-annullament eventwali tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, li tkompli l-proċedura mingħajr ma terġa’ tikkunsidra mill-ġdid il-ġurisdizzjoni territorjali tagħha — Ftehim ta’ arbitraġġ jew klawżola ta’ arbitraġġ ta’ natura abbużiva
Dispożittiv
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja), permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ April 2011 fil-Kawża C-252/11.
(1) ĠU C 269, 10.09.2011
Full & Egal Universal Law Academy