24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/18
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Densmore Ronald Dover vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-278/11 P) (1)
(Appell - Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati Ewropej - Stħarriġ tal-użu tal-allowances - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż - Irkupru tas-somom imħallsa indebitament)
2012/C 366/30
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Densmore Ronald Dover (rappreżentanti: D. Vaughan QC, M. Lester, Barrister u R. Collard, Solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Moore u M. Windisch, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Dover vs Il-Parlament Ewropew (T-149/09) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-deċiżjoni tas-segretarju ġenerali tal-Parlament Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2009, li jiġu rkuprati ċerti somom indebitament imħallsa lill-appellant bħala spejjeż u allowances parlamentari
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Densmore Ronald Dover huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 252, 27.08.2011
Full & Egal Universal Law Academy