25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ April 2012 — Deichmann SE vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni)
(Kawża C-307/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(b) - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Sinjal figurattiv li jirrappreżenta forma ta’ V b’bordura bit-tikek)
2012/C 258/13
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Deichmann SE (rappreżentant: O. Rauscher, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ April 2011 — Deichmann SE vs UASI (T-202/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-UASI, tat-3 ta’ April 2009, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta forma ta’ V b’bordura bit-tikek bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassijiet 10 u 25 — Karattru distintiv tat-trade mark
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud
(2)
Deichmann SE hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 269, 10.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy