28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/24
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Settembru 2011 — Longevity Health Products, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Biofarma SA
(Kawża C-316/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas tad-dritt tal-appell fit-terminu stabbilit - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara l-appell bħala li ma ġiex ippreżentat)
2012/C 25/42
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) Biofarma SA
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2011 Longevity Health Products vs UASI — Biofarma (T-96/11) Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “VITACHRON female”, għal prodotti u servizzi fil-klassi 5 fost oħrajn, kontra d-deċiżjoni R 1357/2010-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-10 ta’ Jannar 2011, li tiddikjara li r-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizjoni li tiċħad ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali “VITATHION”, għal prodotti u servizzi fil-klassi 5, huwa meqjus bħala li ma ġiex ippreżentat, peress li d-dritt tal-appell ma tħallasx fit-terminu stabbilit
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Longevity Health Products Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 269, 10.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy