30.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — Koninklijke Federatie van Belgische Transporteurs en Logistiek Dienstverleners (Febetra) vs Belgische Staat
(Kawża C-333/11) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta’ Proċedura - Konvenzjoni TIR - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Dazju tas-sisa - Trasport ta’ oġġetti koperti b’carnet TIR - Ħatt irregolari - Determinazzjoni tal-post fejn twettaq il-ksur - Irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni u tad-dazji tas-sisa - Kompetenza)
2012/C 194/12
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Koninklijke Federatie van Belgische Transporteurs en Logistiek Dienstverleners (Febetra)
Konvenut: Belgische Staat
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 454(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), tal-Artikoli 6(1), u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179) u tal-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni doganali dwar it-trasport internazzjonali ta’ merkanzija koperta b’carnet TIR (Konvenzjoni TIR) — Ksur jew irregolaritajiet — Post fejn twettaq il-ksur jew l-irregolarità — Post meqjus li jinsab fil-post fejn ġie kkonstatat il-ksur jew l-irregolarità, fil-każ li ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat il-post ta’ fejn twettaq dan il-ksur jew din l-irregolarità
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 454(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1662/1999, tat-28 ta’ Lulju 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li assoċjazzjoni garanti tista’ tipprova l-post fejn twettaq ksur jew irregolarità billi tibbaża ruħha fuq il-post fejn il-carnet TIR jkun ġie aċċettat jew fejn is-siġilli jkunu twaħħlu. Jekk din l-assoċjazzjoni jirnexxielha tikkonfuta l-preżunzjoni ta’ kompetenza tal-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun ġie kkonstatat ksur jew irregolarità matul it-trasport ta’ oġġetti koperti b’carnet TIR favur l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun effettivament twettaq dan il-ksur jew din l-irregolarità, li huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika, l-awtoritajiet doganali ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar isiru kompetenti sabiex jirkupraw id-dejn doganali.
(2)
L-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill 96/99/KE, tat-30 ta’ Diċembru 1996, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ġiet skoperta, maqbuda u kkonfiskata merkanzija, huma kompetenti sabiex jirkupraw id-dazju tas-sisa, anki jekk din il-merkanzija ddaħħlet fit-territorju tal-Unjoni fi Stat Membru ieħor, sakemm il-qbid tal-merkanzija jkun għall-finijiet kummerċjali, u dan huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tiddeterminah.
(1) ĠU C 269, 10.9.2011.
Full & Egal Universal Law Academy