30.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Lancôme parfums et beauté & Cie vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Focus Magazin Verlag GmbH
(Kawża C-334/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali ACNO FOCUS - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali FOCUS - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark preċedenti li ilha rreġistrata għal tal-inqas ħames snin)
2012/C 194/13
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Lancôme parfums et beauté & Cie (rappreżentant: A. von Mühlendahl, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedua: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider, aġent) Focus Magazin Verlag GmbH (rappreżentanti: R. Schweizer u J. Berlinger, avukati))
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tal-14 ta’ April 2011 — Lancôme vs UASI (T-466/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “ACNO FOCUS”, għal prodotti fil-klassi 3, kontra d-Deċiżjoni R 1796/2007-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tad-29 ta’ Lulju 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark verbal nazzjonali “FOCUS”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 6, 7, 8, 9, 14, 15, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 28, 29, 30, 33, 34, 36, 38, 39, 41 u 42, — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009) — Kunċett ta’ użu ġenwin minn trade mark
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Lancôme parfums et beauté & Cie hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 24.9.2011.
Full & Egal Universal Law Academy