4.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 — Maurice Emram vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-354/11 P) (1)
(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva G - Trade marks)
2012/C 235/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Maurice Emram (rappreżentant: M. Benavï, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Guccio Gucci SpA (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Mejju 2001, Emram vs UASI (T-187/10) li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Frar 2010 (Każ R 1281/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guccio Gucci SpA u M. Emram — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva G — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Żnaturament tal-provi — Evalwazzjoni żbaljata tal-karattru distintiv — Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
M. Emram huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 24.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy