3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/40
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial de Santa Maria da Feira — Il-Portugall) — Serafim Gomes Oliveira vs Lusitânia — Companhia de Seguros, SA
(Kawża C-362/11) (1)
(Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttivi 72/166/KEE, 84/5/KEE, 90/232/KEE u 2005/14/KE - Dritt għal kumpens mill-assigurazzjoni obbligatorja għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Responsabbiltà ċivili tal-assigurat - Kontribuzzjoni tal-vittma għad-dannu - Limitazzjoni tad-dritt għal kumpens)
2013/C 225/68
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Judicial de Santa Maria da Feira
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Serafim Gomes Oliveira
Konvenuta: Lusitânia — Companhia de Seguros, SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Judicial de Santa Maria da Feira — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10), tad-Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3), tad-Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249, b’mod partikolari tal-Artikolu 1a tagħha), tad-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Mejju 2000, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE u 88/357/KEE (Ir-raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 331) u tad-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 149, p. 14) — Inċident bejn vettura bil-mutur u rota — Perċentwali tat-tort imputabbli lil min kien qiegħed isuq ir-rota inqas minn 20 % — Tnaqqis proporzjonali tad-dritt għal kumpens — Ammissibbiltà
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u t-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali li jaqgħu taħt id-dritt tar-responsabbiltà ċivili li jippermettu l-limitazzjoni fid-dritt ta’ vittma ta’ inċident milli titlob għal kumpens skont l-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili ta’ vetturi bil-mutur involuti fl-inċident, abbażi ta’ evalwazzjoni individwali tal-kontribuzzjoni parzjali ta’ din il-vittma għad-dannu tagħha stess.
(1) ĠU C 282, 24.9.2011.
Full & Egal Universal Law Academy