24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/19
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Power-One Italy SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-372/11 P) (1)
(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Proġett kofinanzjat bl-istrument finanzjarju “LIFE” - Żvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għal użu fit-telefonija mobbli (proġett “Pneuma”) - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li jintemm proġett u li jiġi rkuprat il-ħlas magħmul bil-quddiem - Kumpens għad-dannu allegatament subit)
2012/C 366/31
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Power-One Italy SpA (rappreżentanti: R. Giuffrida u A. Giussani avukati
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u D. Recchia, aġenti)
Suġġett
Appell mid-Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Mejju 2011, Power-One Italy vs Il-Kummissjoni (T-489/08), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jintemm il-proġett Pneuma (LIFE04 ENV/IT/000595), intiż għall-kofinanzjament tal-iżvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għall-użu fit-telefonija mobbli — Aspettativi leġittimi — Obbligu ta’ motivazzjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Power-One Italy SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 282, 24.09.2011
Full & Egal Universal Law Academy