28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/24
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Settembru 2011 — Longevity Health Products, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Biofarma SA
(Kawża C-378/11) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Proċediment quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas tat-taxxa tal-appell fit-terminu - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tididkjara l-appell bħala li ma sarx)
2012/C 25/43
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti:. Longevity Health Products, Inc. (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Biofarma SA
Suġġett
Appell kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2011, Longevity Health Products vs UASI — Biofarma VITACHRON (male) (T-95/11), li bih il-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant tat-trade mark verbali “VITACHRON male”, għal prodotti u servizzi fost oħrajn fil-klassi 5, kontra d-Deċiżjoni R 1357/2010-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-10 ta’ Jannar 2011, li tiddikjara li l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ din it-trade mark bħala parti mill-oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali “VITATHION” għal prodotti u servizzi fil-klassi 5, jitqies li ma sarx, sa fejn it-taxxa tal-appell ma tkunx tħallset fit-terminu
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Longevity Health Products Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 269, 10.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy