6.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Lulju 2012 — Région Nord-Pas-de-Calais vs Communauté d’Agglomération du Douaisis, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-389/11 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Kostruzzjoni ta’ materjal ferrovjarju - Deċiżjonijiet li jiddikjaraw għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li jordnaw l-irkupru tagħha)
2012/C 303/06
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Région Nord-Pas-de-Calais (rappreżentanti: M. Cliquennois u F. Cavedon, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Communauté d’Agglomération du Douaisis, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tat-12 ta’ Mejju 2011 — Région Nord-Pas-de-Calais vs Il-Kummissjoni u Communauté d’agglomération du Douaisis vs Il-Kummissjoni (fil-Kawżi magħquda T-267/08 u T-279/08), li tiċħad ir-rikorsi li kellhom bħala suġġett, inizjalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1089 finali, tat-2 ta’ April 2008, u sussegwentement talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4112 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat C 38/2007 (ex NN 45/2007) implementata minn Franza favur Arbel Fauvet Rail Sa — Kostruzzjoni ta’ materjal ferrovjarju — Irkupru ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ kontradittorju
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ir-Région Nord-Pas-de-Calais huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 290, 1.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy