5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 2012 — Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-404/11 P) (1)
(Appell - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq tal-klorat tas-sodju - Kunċett ta’ “impriża” - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti - Portata ta’ din il-preżunzjoni - Elementi li ma jistgħux jikkonfutaw il-preżunzjoni - Multa personali - Ġurisdizzjoni sħiħa)
2012/C 133/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Elf Aquitaine SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tas-17 ta’ Mejju 2011, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (T-299/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2626 finali, tal-11 ta’ Ġunju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.695 — Klorat tas-sodju) — Kompetizzjoni — Akkordju — Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni manifestament żbaljata — Ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni — Illegalità tal-multa personali
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Elf Aquitaine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 298, 08.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy