4.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Marzu 2012 — Atlas Transport GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Atlas Air Inc.
(Kawża C-406/11 P) (1)
(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Procedura - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ammissibbiltà quddiem il-Bord tal-Appell - Assenza tal-preżentata ta’ nota li tispjega l-motivi tar- rikors - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 59 - Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regola 49(1) - Sospensjoni tal-proċedura - Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regola 20(7)(c) - Appell manifestament inammissibbli u manifestament infondat)
2012/C 235/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Atlas Transport GmbH (rappreżentanti: K. Schmidt-Hern u U. Hildebrandt, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Atlas Air Inc. (rappreżentant: R. Dissmann, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza fil-Kawża T-145/08, Atlas Transport GmbH vs UASI tal Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċizjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1023/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ATLAS Air Inc. u Atlas Transport GmbH — Interpretazzjoni tal-Artikolu 59 tar Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146) kif ukoll tar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189) — Kundizzjonijiet li jiġġustifikaw is-sospensjoni tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Talba għall-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni pendenti quddiem il-qorti nazzjonali
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Atlas Transport GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 311, 22.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy