3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/41
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln — il-Ġermanja) — Germanwings GmbH vs Thomas Amend
(Kawża C-413/11) (1)
(Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Dritt tal-passiġġieri għal kumpens f’każ ta’ dewmien twil ta’ titjira - Prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri fi ħdan l-Unjoni)
2013/C 225/69
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Germanwings GmbH
Konvenut: Thomas Amend
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Köln — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5, 6, 7, 8(1)(a) u 9 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10) — Dritt għal kumpens fil-każ ta’ dewmien — Limiti tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Portata tal-interpretazzjoni mogħtija mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawżi C-402/07 u C-432/07, Sturgeon et, li testendi, b’analoġija, id-dritt għal kumpens għall-każ ta’ dewmien ta’ titjira
Dispożittiv
L-interpretazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sens li l-passiġġieri ta’ titjira mdewma għandhom dritt għal kumpens meta jilħqu d-destinazzjoni finali tagħhom tliet sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla previst inizjalment, minkejja li, minn naħa, l-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament, dwar id-dewmien, jistabbilixxi biss l-implementazzjoni ta’ miżuri ta’ assistenza u ta’ attenzjoni u li, min-naħa l-oħra, ma jgħamilx riferiment għall-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament, dwar id-dritt għal kumpens, ħlief fis-sitwazzjonijiet fejn ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, ma għandhiex effett fir-rigward tal-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 319, 29.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy