5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2012 — Total SA, Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-421/11 P) (1)
(Appell - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq tal-metakrilati - Kunċett ta’ “impriża” - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Estensjoni tal-awtorità ta’ res judicata - Fattur multiplikatur għal effett dissważiv - Indiviżibbilta’ tal-multa - Ġurisdizzjoni sħiħa)
2012/C 133/21
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Total SA, Elf Aquitaine SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u A. Noël-Baron, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u B. Gencarelli, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2011, Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (T-206/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2098 finali, tal-31 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 — Metakrilati) — Kompetizzjoni — Akkordju — Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni manifestament żbaljata — Ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Total SA u Elf Aquitaine SA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) GU C 340, 19.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy