10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Alba — ir-Rumanija) — Corpul Național al Polițiștilor vs Ministerul Administrației și Internelor (MAI), Inspectoratul General al Poliției Române (IGPR), Inspectoratul de Poliție al Județului Alba (IPJ)
(Kawża C-434/11) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi tnaqqis fis-salarji fir-rigward ta’ diversi kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi - Nuqqas ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2012/C 73/22
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Alba
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Corpul Național al Polițiștilor
Konvenuti: Ministerul Administrației și Internelor (MAI), Inspectoratul General al Poliției Române (IGPR), Inspectoratul de Poliție al Județului Alba (IPJ)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunalul Alba — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17(1), 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi tnaqqis fis-salarji ta’ diversi kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi — Ksur tad-dritt għall-proprjetà u tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi għad-domanda preliminari, magħmula mit-Tribunalul Alba (ir-Rumanija), permezz tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Lulju 2011.
(1) ĠU C 331, 12.11.2011
Full & Egal Universal Law Academy