5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — Novartis AG vs Actavis UK Ltd
(Kawża C-442/11) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikoli 4 u 5 - Ingredjent attiv uniku li jkun wassal għall-ħruġ ta’ ċertifikat bħal dan - Portata tal-protezzjoni - Prodotti mediċinali li għandhom diversi ingredjenti attivi, fosthom dak li huwa s-suġġett ta’ ċertifikat)
2012/C 133/22
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Novartis AG
Konvenuta: Actavis UK Ltd.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1) — Portata taċ-ċertifikat — Protezzjoni unikament tal-prodotti mediċinali li jkun fihom biss l-ingredjent attiv protett jew inkella protezzjoni anki tal-prodotti mediċinali li jkun fihom l-ingredjent attiv flimkien ma’ ingredjent attiv ieħor.
Dispożittiv
(1)
L-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta “prodott” li jikkonsisti f’ingredjent attiv kien protett minn privattiva bażika u l-proprjetarju tiegħu kien jista’ jibbaża ruħu fuq il-protezzjoni mogħtija minn din il-privattiva fir-rigward ta’ dan il-“prodott” sabiex jopponi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali li għandu dan l-ingredjent attiv flimkien ma’ wieħed jew iktar ingredjenti attivi oħra, ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal dan l-istess “prodott” jista’, wara l-iskadenza tal-privattiva bażika, jippermetti lill-proprjetarju tagħha jopponi l-kummerċjalizzazzjoni minn terz ta’ prodott mediċinali li jkollu l-imsemmi prodott għall-użu ta’ “prodott”, bħala prodott mediċinali, li jkun ġie awtorizzat qabel l-iskadenza tal-imsemmi ċertifikat.
(1) ĠU C 311, 22.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy