6.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Mejju 2012 — Timehouse GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-453/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta arloġġ - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Nuqqas ta’ karattru distintiv)
2012/C 303/07
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Timehouse GmbH (rappreżentant: V. Knies, avukat)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Lulju 2011, Timehouse vs UASI (Forma ta’ arloġġ bit-truf ippizzjati) (T-235/10), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Marzu 2010 (Każ R 0942/2009-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit b’forma ta’ arloġġ — Nuqqas ta’ karattru distintiv
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Timehouse GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 340, 19.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy