10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Dâmbovița — ir-Rumanija) — Victos Cozman vs Teatrul Municipal Târgoviște
(Kawża C-462/11) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi tnaqqis fis-salarji ta’ diversi kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi - Nuqqas ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2012/C 73/23
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Dâmbovița
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Victos Cozman
Konvenuta: Teatrul Municipal Târgoviște
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunalul Dâmbovița — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tal-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi tnaqqis fis-salarji ta’ diversi kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi — Natura tad-dritt għal salarju
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi għad-domandi preliminari, magħmula mit-Tribunalul Dâmbovița (ir-Rumanija), permezz tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Frar 2011.
(1) ĠU C 331, 12.11.2011
Full & Egal Universal Law Academy