6.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Brescia — l-Italja) — Gennaro Currà et vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-466/11) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura - Azzjoni mressqa mill-vittmi ta’ massakri kontra Stat Membru fil-kapaċità tiegħu bħala responsabbli għall-atti mwettqa mill-forzi armati tiegħu fi żmien ta’ gwerra - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2012/C 303/08
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Brescia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gennaro Currà, Nadia Orlandi werrieta ta’ Aldo Orlandi, Renzo Ciro Malago werriet ta’ Federico Malago, Ruberto Ezecchia, Camillo Turchetti, Franco Forni, Ilva Morselli werrieta ta’ Ermenegildo Morselli, Elisa Ghisolfi u Anna Ghisolfi werrieta konġunti ta’ Luca Ghisolfi, Primo Zelioli, Francesco Perondi, Anna Furgeri werrieta ta’ Agide Furgeri, Elena Penzani u Gian Luigi Penzani werrieta konġunti ta’ Carlo Penzani, Renato Mortari, Ada Zaccaria werrieta ta’ Sigifredo Zaccaria, Erino Alberti, Gabriella Boccaletti werrieta ta’ Mario Boccaletti, Rita Boccasanta werrieta ta’ Ernesto Boccasanta, Alberto Borelli, Pierantonio Foresti werriet ta’ Franco Foresti, Irmo Sancassiani, Ennio Mischi werriet ta’ Aldo Mischi, Graziano Broglia werriet ta’ Rosolino Broglia, Alba Spinella u Maria Raffaella Spinella werrieta konġunti ta’ Vincenzo Rocco Spinella, Giuseppe Ferri, Alessandra Fontanabona werrieta ta’ Giulio Fontanabona, Luciana, Mariuccia u Giulietta Pedratti werrieta konġunti ta’ Carlo Pedratti, Raffaele Colucci
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
fil-preżenza ta’: Ir-Repubblika Taljana
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale ordinario di Brescia — Interpretazzjoni tal Artikoli 3, 4(3), 6 u 21 TUE kif ukoll tal-Artikoli 17, 47 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Reati kontra l-umanità — Azzjoni mibdija mill-vittmi ta’ massakri kontra Stat Membru fil-kapaċità tiegħu bħala responsabbli għall-atti mwettqa mill-forzi armati tiegħu fi żmien ta’ gwerra — Dritt tal-vittmi għall-kumpens — Ammissibbiltà tal-preskrizzjoni ta’ dan id-dritt — Ammissibbiltà tal-immunità ġudizzjarja tal-Istat Membru inkwistjoni
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Brescia (l-Italja).
(1) ĠU C 347, 26.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy