6.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/6
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Mejju 2012 — Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-477/11 P) (1)
(Appell - Regolament (KE) Nru 726/2004 - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Sustanza attiva ‘eszopiclone’ - Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq - Proċedura - Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni - Kwalità ta’ ‘sustanza attiva ġdida’ - Kunċett ta’ ‘att li jista jiġi kkontestat’)
2012/C 303/10
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd (rappreżentanti: I. Dodds-Smith, solicitor, D. Anderson QC, J. Stratford, barrister)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u M. Šimerdová, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2011 — Sepracor Pharmaceuticals vs Il-Kummissjoni (T-275/09 P) li ċaħad bħala inammissibbli rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2009, li kkonkludiet, fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali “Lunivia”, prodott mill-appellanti, li s-sustanza attiva “eszopiclone”, li fih, ma tikkostitwixxix sustanza attiva ġdida fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229) — Kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 347, 26.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy