10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Argeș — ir-Rumanija) — Andrei Emilian Boncea, Filofteia Catrinel Boncea, Adriana Boboc, Cornelia Mihăilescu (C-483/11), Mariana Budan (C-484/11) vs Statul român
(Kawżi maqgħuda C-483/11 u C-484/11) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 43, 92(1) u 103(1) tar-Regoli tal-Proċedura - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Kumpens għal persuni li ġarrbu kundanni ta’ natura politika taħt ir-reġim Komunista - Dritt għal kumpens għad-dannu morali miġrub - Nuqqas ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2012/C 73/24
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Argeș
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Andrei Emilian Boncea, Filofteia Catrinel Boncea, Adriana Boboc, Cornelia Mihăilescu (C-483/11), Mariana Budan (C-484/11)
Konvenuta: Statul roman
fil-preżenza ta’: Iulian-Nicolae Cujbescu (C-484/11)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunalul Argeș — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u tal-Artikolu 8 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem — Kumpens għal persuni li ġarrbu kundanni ta’ natura politika taħt ir-reġim Komunista — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tnaqqas id-dritt għal kumpens għad-dannu morali miġrub
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi għad-domandi preliminari, magħmula mit-Tribunalul Argeș (ir-Rumanija), permezz tad-deċiżjonijiet tal-4 ta’ April 2011 u tal-4 ta’ Lulju 2011.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011
Full & Egal Universal Law Academy