3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/41
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Guimarães — il-Portugall) Jonathan Rodrigues Esteves vs Companhia de Seguros Allianz Portugal SA
(Kawża C-486/11) (1)
(Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil- mutur - Direttivi 72/166/KEE, 84/5/KEE, 90/232/KEE u 2005/14/KE - Dritt għal kumpens mill-assigurazzjoni obbligatorja għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil-mutur - Responsabbiltà ċivili tal-assigurat - Kontribut tal-vittma għad-dannu - Esklużjoni jew limitazzjoni tad-dritt għal kumpens)
2013/C 225/70
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação de Guimarães
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jonathan Rodrigues Esteves
Konvenuta: Companhia de Seguros Allianz Portugal SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal da Relação de Guimarães — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1a tad-Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249) — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jippermettu l-esklużjoni tad-dritt tal-vittma għal kumpens fil-każ ta’ inċident abbażi ta’ evalwazzjoni individwali tal-kontribut tiegħu għall-imsemmi inċident
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u It-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali li jaqgħu taħt id-dritt ta’ responsabbiltà ċivili li jippermettu li jiġi eskluż jew limitat id-dritt tal-vittma ta’ inċident li titlob kumpens taħt l-assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili tal-vettura bil-mutur involuta f’inċident, abbażi ta’ evalwazzjoni individwali tal-kontribut esklużiv jew parzjal ta’ din il-vittma għad-dannu tagħha stess.
(1) ĠU C 355, 3.12.2011.
Full & Egal Universal Law Academy