24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/20
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Ġunju 2012 — Fuchshuber Agrarhandel GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-491/11 P) (1)
(Appell - Politika agrikola komuni - Xiri ta’ qamħirrun mill-aġenzija ta’ intervent tal-Ungerija - Ħażniet insuffiċjenti - Allegat ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-obbligi tagħha ta’ investigazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)
2012/C 366/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Fuchshuber Agrarhandel GmbH (rappreżentant: G. Lehner, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 — Fuchshuber Agrarhandel vs Il-Kummissjoni (T-451/10), li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament nieqes minn kull bażi legali r-rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab minħabba n-nuqqas ta’ investigazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-kundizzjonijiet ta’ implementazzjoni tas-sejħiet għal offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju, f’dan il-każ ta’ qamħirrun fil-pussess tal-aġenzija ta’ intervent Ungeriż.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Fuchshuber Agrarhandel GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 13, 14.01.2012
Full & Egal Universal Law Academy