24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/20
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Ġunju 2012 — United Technologies Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-493/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni tal-liftijiet u tal-eskalejters mekkaniċi - Multi - Kumpannija parent u sussidjarji - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)
2012/C 366/35
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: United Technologies Corp. (rappreżentanti: A. Winckler u D. Gerard, avukati, J. Temple Lang u C. Cook, solicitors)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, R. Sauer u J. Bourke, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 — General Technic-Otis et vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-141/07, T-142/07, T-145/07 u T-146/07) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/E-1/38.823 — PO/Liftijiet u eskalejters), dwar akkordju fis-suq tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni tal-liftijiet u tal-eskalejters mekkaniċi fil-Belġju, fil-Ġermanja, fil-Lussemburgu u fil-Pajjiżi l-Baxxi, li tirrigwarda l-manipulazzjoni tas-sejħiet għal offerti, it-tqassim tas-swieq, l-iffissar tal-prezzijiet, l-għoti tal-proġetti u tal-kuntratti relatati magħhom u l-iskambju ta’ informazzjoni, kif ukoll, sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettqa mis-sussidjarji tagħha
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
United Technologies Corporation hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy