6.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 101/2
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Settembru 2012 — Total SA u Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-495/11 P) (1)
(Appell - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetizzjoni - Akkordju - Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità - Interpretazzjoni manifestment żbaljata - Ksur tad-drittjiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2013/C 101/03
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Total SA u Elf Aquitaine SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u A. Noël-Baron, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Gencarelli, P. Van Nuffel u V. Bottka, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża), tal-14 ta’ Lulju 2011, Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (T-190/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat) — Kompetizzjoni — Akkordju — Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni manifestament żbaljata — Ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Total SA u Elf Aquitaine SA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 355, 03.12.2011.
Full & Egal Universal Law Academy