12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/22
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Vivaio dei Molini Azienda Agricola Porro Savoldi ss vs Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture
(Kawża C-502/11) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 93/37/KEE - Artikolu 6 - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza - Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni li tillimita l-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ sejħa għal offerti lil kumpanniji li jeżerċitaw attività kummerċjali, b’esklużjoni tal-kumpanniji rregolati bid-dritt ċivili (“società semplice”) - Għanijiet istituzzjonali u statutorji - Impriżi agrikoli)
2013/C 9/36
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vivaio dei Molini Azienda Agricola Porro Savoldi ss
Konvenuta: Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture
Fil-preżenza ta’: SOA CQOP Costruttori Qualificati Opere Pubbliche SpA, Unione Provinciale Agricoltori di Brescia
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi (kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163) — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-parteċipazzjoni għall-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet lil kumpanniji li jeżerċitaw attività kummerċjali u li teskludi lill-impriżi agrikoli stabbiliti fil-forma ta’ kumpannija rregolata bid-dritt ċivili (“società semplice”)
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi (kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE, tat-13 ta’ Settembru 2001, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi kumpannija bħal kumpannija rregolata bid-dritt ċivili (“società semplice”) li għandha l-kwalità ta’ “kuntrattur”, skont id-Direttiva 93/37, milli tipparteċipa fil-proċeduri ta’ sejħa għal offerti unikament minħabba l-forma legali tagħha.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011
Full & Egal Universal Law Academy