5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 4 de Valladolid — Spanja) — María Jesús Lorenzo Martínez vs Junta de Castilla y León, Dirección General de Recursos Humanos de la Consejería de Educación
(Kawża C-556/11) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Klawżola 4(1) tal-ftehim qafas CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - Tagħlim mhux universitarju - Dritt għal allowance kull sitt snin għal taħriġ kontinwu - Esklużjoni ta’ għalliema impjegati bħala uffiċjali temporanji - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)
2012/C 133/23
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo no 4 de Valladolid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: María Jesús Lorenzo Martínez
Konvenuta: Junta de Castilla y León, Dirección General de Recursos Humanos de la Consejería de Educación
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado Contencioso -Administrativo de Valladolid — Interpretazzjoni tal-klawżola 4 tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Għoti lill-korp tat-tagħlim ta’ allowance kull sitt snin għal taħriġ kontinwu — Għoti esklużivament lill-impjegati tas-servizz ċivil permanenti
Dispożittiv
Il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas fuq ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li hija inkluża fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva, irrispettivament minn kwalunkwe ġustifikazzjoni għal raġunijiet oġġettivi, id-dritt li tingħata allowance kull sitt snin għal taħriġ kontinwu, lil għalliema impjegati bħala uffiċjali stabbiliti, bl-esklużjoni dawk li jeżerċitaw bħala uffiċjali temporanji.
(1) ĠU C 25, 28.01.2010
Full & Egal Universal Law Academy