12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/23
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel te Antwerpen — il-Belġju) — Pelckmans Turnhout NV vs Walter Van Gastel Balen NV, Walter Van Gastel NV, Walter Van Gastel Schoten NV, Walter Van Gastel Lifestyle NV
(Kawża C-559/11) (1)
(Artikoli 92(1), 103(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 2005/29/KE - Prattiċi kummerċjali żleali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-ftuħ ta’ stabbiliment sebat ijiem fil-ġimgħa)
2013/C 9/38
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van koophandel te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pelckmans Turnhout NV
Konvenuti: Walter Van Gastel Balen NV, Walter Van Gastel NV, Walter Van Gastel Schoten NV, Walter Van Gastel Lifestyle NV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van koophandel te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 34, 35, 49 u 56 TFUE u tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22, rettifika ĠU L 114, 27.4.2006, p. 86) — Kunċett ta’ prattiċi kummerċjali ta’ impriżi fir-rigward tal-konsumaturi — Ftuħ ta’ stabbiliment sebat ijiem fil-ġimgħa u reklamar għal din il-prattika
Dispożittiv
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tapplikax għal leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma hijiex intiża għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.
(1) ĠU C 32, 4.2.2012
Full & Egal Universal Law Academy