19.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 304/2
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo — il-Bulgarija) — Menidzherski biznes reshenia OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-572/11) (1)
(Direttiva 2006/112/KE - VAT - Dritt għal tnaqqis - Rifjut - Taxxa msemmija fuq fattura - Twettiq effettiv ta’ tranżazzjoni taxxabbli - Assenza - Prova - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)
2013/C 304/02
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Veliko Tarnovo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Menidzherski biznes reshenia OOD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad Veliko Tarnovo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 203 moqri flimkien mal-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Rifjut tad-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT mid-destinatarju ta’ provvisti ta’ servizzi minħabba l-assenza ta’ provi ta’ kunsinni effettivi fir-rigward tal-fatturi — Verifika tal-istess fatturi fil-kuntest ta’ verifika fiskali min-naħa tal-fornitur li ma tat lok għal ebda aġġustament tal-VAT dovuta — Prinċipju ta’ newtralità fiskali
Dispożittiv
L-Artikoli 168(a) u 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u l-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li d-destinatarju ta’ fattura jiċċaħħad mid-dritt li titnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmija f’din il-fattura meta t-tranżazzjonijiet li jirrigwardaw din il-fattura fil-fatt ma twettqux, u dan anki jekk ma hemmx ir-riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali peress li l-persuna li ħarġet l-imsemmija fattura ħallset it-taxxa fuq il-valur miżjud indikata fuqha. Hija l-qorti nazzjonali li għandha twettaq, skont ir-regoli nazzjonali dwar il-ġbir tax-xhieda, evalwazzjoni globali tal-elementi u taċ-ċirkustanzi fattwali kollha tal-kawża li tagħha hija adita sabiex tiddetermina jekk dan japplikax għall-każ tat-transazzjonijiet li l-fatturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirreferu għalihom.
(1) ĠU C 25, 28.01.2012.
Full & Egal Universal Law Academy