23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/37
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Settembru 2013 — ClientEarth vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja
(Kawża C-573/11 P) (1)
(Appell - Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Rappreżentazzjoni minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz - Rikors għal annullament manifestament inammissibbli - Aggravji manifestament infondati)
2013/C 344/64
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: ClientEarth (rappreżentant: P. Kirch, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Fekete u B. Driessen, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Settembru 2011, ClientEarth vs Il-Kunsill (T-452/10), li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament inammissibbli rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għal opinjoni tas-servizz legali tal-Kunsill (dokument Nru 6865/09), dwar proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni — Rappreżentazzjoni minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
ClientEarth hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 39, 11.2.2012.
Full & Egal Universal Law Academy