6.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/6
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2012 — Rügen Fisch AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Schwaaner Fischwaren GmbH
(Kawża C-582/11) (1)
(Appell - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1) u (2) - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali SCOMBER MIX - Kawża ta’ invalidità assoluta - Karattru deskrittiv)
2012/C 303/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rügen Fisch AG (rappreżentanti: O. Spuhler u M. Geitz, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Schwaaner Fischwaren GmbH (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz u T. Bösling, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Settembru 2011, Rügen Fisch vs UASI (T-201/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal-appellanti kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Marzu 2009 (Każ R 230/2007-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rügen Fisch AG u Schwaaner Fischwaren GmbH — Ksur tal-Artikoli 7(1)(c) u 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Karattru distintiv tas-sinjal verbali SCOMBER MIX
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Rügen Fisch AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 25, 28.1.2012
Full & Egal Universal Law Academy