8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Settembru 2012 — Omnicare, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Astellas Pharma GmbH
(Kawża C-588/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “OMNICARE” - Oppożizzjoni - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni - Rikors - Sentenza tal-Qorti Ġenerali li tiċħad dan ir-rikors - Irtirar tal-oppożizzjoni - Appell - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 379/20
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Omnicare, Inc. (rappreżentant: M. Edenborough QC)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), Astellas Pharma GmbH (rappreżentant: M. L. Polo Carreño, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla), tad-9 ta’ Settembru 2011, Omnicare vs UASI — Astellas Pharma (OMNICARE) (T-290/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “OMNICARE”, għal servizzi kklassifikati fil-klassi 42, kontra d-Deċiżjoni R 402/2008-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-14 ta’ Mejju 2009, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark nazzjonali “OMNICARE”, għal servizzi kklassifikati fil-klassijiet 35, 41 u 42 — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Kunċett ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Trade mark użata għal servizzi pprovduti bla ħlas
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar l-appell ippreżentat minn Omnicare Inc.
(2)
Omnicare Inc. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), fil-kuntest tal-istanza preżenti kif ukoll tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(3)
Omnicare Inc. u Astellas Pharma GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) GU C 25, 28.1.2012.
Full & Egal Universal Law Academy