6.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 101/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-597/11 P) (1)
(Appell - Kuntratt pubbliku mogħti mill-Kummissjoni - Offerta miċħuda - Obbligu ta’ motivazzjoni - Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 - Artikolu 89 - Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 - Artikoli 140 u 141 - Terminu sa meta jintlaqgħu l-offerti - Terminu għal-preżentazzjoni ta’ talbiet għal informazzjoni)
2013/C 101/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Wilderspin, aġent)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-232/06), li tiċħad rikors li għandu bħala suġġett l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2006, li tiċħad l-offerta ppreżentata mill-appellant fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti “TAXUD/2005/AO–001” li tirrigwarda l-ispeċifikazzjoni, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-appoġġ tas-sistemi tal-informatika doganali relatati ma’ ċerti proġetti tal-informatika tad-DG TAXUD (ĠU 2005, S 117-115222), kif ukoll id-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) GU C 25, 28.01.2012.
Full & Egal Universal Law Academy