13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juridiction de Proximité de Chartres — Franza) — Hervé Fontaine vs Mutuelle Générale de l’Éducation Nationale
(Kawża C-603/11) (1)
(Kompetizzjoni - Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE - Assigurazzjoni komplementari għas-saħħa - Ftehim ta’ tariffi ta’ kumpanniji mutual ma’ tobba tal-għażla tagħhom - Differenza fit-trattament - Inammissibbiltà manifesta)
2013/C 108/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Juridiction de Proximité de Chartres
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hervé Fontaine
Konvenuta: Mutuelle Générale de l'Éducation Nationale
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juridiction de Proximité, Chartres — Interpretazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE — Kompetizzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-kumpanniji mutual li jipprovdu assigurazzjoni komplementari tas-saħħa milli jvarjaw il-benefiċċji skont il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ ċertifikati u s-servizzi pprovduti — Projbizzjoni ta’ ftehim ta’ tariffi ta’ kumpanniji mutual ma’ tobba tal-għażla tagħhom — Differenza fit-trattament fir-rigward tal-impriżi u tal-istituti l-oħra għall-kura tas-saħħa rregolati mill-Code des assurances jew mill-Code de la sécurité sociale — Restrizzjonijiet
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juridiction de Proximité de Chartres, permezz ta’ deċiżjoni tas-17 ta’ Novembru 2011, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 39, 11.02.2012.
Full & Egal Universal Law Academy