6.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 101/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Ottubru 2012 — ara AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Allrounder SARL
(Kawża C-611/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva A b’żewġ motivi trijangulari - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti A - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni)
2013/C 101/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: ara AG (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Allrounder SARL (rappreżentant: N. Boespflug, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Settembre 2011, ara vs UASI — Allrounder (A b’żewġ motivi trijangulari) (T-174/10) li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Jannar 2010, (Każ R 481/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ara u Allrounder — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Trade mark figurattiva A b’żewġ motivi trijangunlari — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “A” — Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks — Applikazzjoni żbaljata tal-karattru distintiv.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
ara AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 133, 05.05.2012.
Full & Egal Universal Law Academy