6.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 101/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Settembru 2012 — Brighton Collectibles, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-624/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolamenti (KE) Nru 40/94 u (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(4) - Trade mark Komunitarja verbali BRIGHTON - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Interpetazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fil-każ ta’ raġuni relattiva għal rifjut ta’ reġistrazzjoni)
2013/C 101/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Brighton Collectibles, Inc. (rappreżentant: J. Horn, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Felmar (rappreżentant: D. Monégier du Sorbier, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tas-27 ta’ Settembru 2011, Brighton Collectibles vs UASI u Felmar (T-403/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Ġunju 2010, (Każ R 408/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brighton Collectibles, Inc. u Felmar — Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Trade mark Komunitarja verbali BRIGHTON — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni bbażati fuq it-trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti — Nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tad-drittijiet nazzjonali invokati
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Brighton Collectibles, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 133, 05.05.2012.
Full & Egal Universal Law Academy