13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/6
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Novembru 2012 — Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-647/11 P) (1)
(Appell - Għajnuna finanzjarja mogħtija favur proġett fil-qasam tal-ambjent - “LIFE” - Deċiżjoni ta’ rkupru parzjali tal-ammont imħallas - Determinazzjoni tal-obbligi tal-benfiċċjarju - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żbalji ta’ liġi)
2013/C 108/10
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellant: Dimos Peramatos (rappreżentant: G. Gerapetritis, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u A.-M. Rouchaud-Joët, aġenti, assistiti minn A. Somou, avukat)
Suġġett
Appell dirett kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2011, Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni (T-312/07), li tiċħad rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ Diċembru 2005, li ġiet innotifikata lill-appellant permezz tal-marixxall fis-17 ta’ Mejju 2007, dwar l-irkupru tal-ammonti mħallsa sabiex tiġi eżegwita d-Deċiżjoni tal-Kummisjoni C71997/29 finali, tas-17 ta’ Lulju 1997, relatata ma’ proġett li jidħol fil-kuntest ta’ programm ta’ afforestazzjoni mill-ġdid jew, sussidjarjament, l-emendar tad-deċiżjoni kkontestata.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Dimos Peramatos huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) GU C 49, 18.02.2012.
Full & Egal Universal Law Academy