23.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/2
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Diċembru 2012 — Transcatab SpA, fi stralċ vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-654/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)
2013/C 55/03
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Transcatab SpA, fi stralċ (rappreżentant: G. Mastrantonio, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: L Malferrari, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2011 Transcatab vs Il-Kummissjoni (T-39/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4012 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.281/B.2 — Tabakk mhux maħdum — l-Italja) u t-talba għall-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq Transcatab permezz ta’ din id-deċiżjoni kif ukoll il-kontrotalba tal-Kummissjoni bil-għan taż-żieda tal-imsemmi ammont — Suq taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum — Imputabbiltà lil kumpannija parent tal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettqa mis-sussidjarji tagħha — Preżunzjoni konfutabbli f’każ ta’ sehem ta’ 100 % — Prinċipji fundamentali li jirregolaw il-produzzjoni tal-provi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Transcatab SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 49, 18.02.2012
Full & Egal Universal Law Academy