13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Diċembru 2012 — GS Gesellschaft für Umwelt- und Energie-Serviceleistungen mbH vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-682/11 P) (1)
(Appell - Regolament (UE) Nru 1210/2010 - Awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro - Trattament ta’ muniti tal-euro li ma humiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni - Artikolu 8(2) - Possibbiltà għall-Istati Membri li jirrifjutaw ir-rimbors tal-muniti tal-euro li ma humiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Persuna direttament ikkonċernata)
2013/C 108/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: GS Gesellschaft für Umwelt- und Energie-Serviceleistungen mbH (rappreżentant: J. Schmidt, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: U. Rösslein u A. Neergaard, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Monteiro u M. Simm, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2011, GS vs Il-Parlament u Il-Kunsill (T-149/11), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tat-tieni sentenza tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 2010, li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, p. 1) — Atti li jikkonċernaw direttament u individwalment lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Kundizzjoni tal-interess dirett
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
GS Gesellschaft für Umwelt- und Energie-Serviceleistungen mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 65, 03.03.2012
Full & Egal Universal Law Academy