Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni vs Il-Polonja
(Kawża C-46/11)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u tal-flora selvaġġi — Ħarsien insuffiċjenti ta’ ċerti speċi, partikolarment tal-lontra (Lutra lutra)”
1. Ambjent — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u tal-flora selvaġġi — Direttiva 92/43 — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Traspożizzjoni mingħajr azzjoni leġiżlattiva — Inammissibbiltà — Traspożizzjoni permezz ta’ prassi amministrattiva — Insuffiċjenza (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 92/43) (ara l-punti 26-28, 41)
2. Ambjent — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u tal-flora selvaġġi — Direttiva 92/43 — Protezzjoni tal-ispeċi — Derogi — Interpretazzjoni stretta (Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikoli 12 sa 16) (ara l-punti 29, 31, 42)
3. Ambjent — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u tal-flora selvaġġi — Direttiva 92/43 — Protezzjoni tal-ispeċi — Derogi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza dannu lil speċi protetta f’ċirkustanzi mhux iġġustifikati mill-Artikolu 16 — Leġiżlazzjoni mhux konformi mas-sistema derogatorja prevista mid-direttiva (Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikoli 12 u 16) (ara l-punt 56)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) — Ħarsien insuffiċjenti ta’ ċerti speċi, b’mod partikolari tal-lontra ( Lutra lutra ).
Dispożittiv
1)
Billi ma ttrasponietx b’mod korrett il-kundizzjonijiet li jirregolaw id-derogi stabbiliti fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija dispożizzjoni.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy