Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 — Storck vs UASI
(Kawża C-96/11 P)
“Appell — Trade mark Komunitarja — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ ġurdien taċ-ċikkulata”
1. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark tridimensjonali li hija kkostitwita mill-forma tal-prodott — Trade mark tridimensjonali li tinkorpora element figurattiv — Karattru distintiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu Nru 7(1)(b)) (ara l-punti 33-35, 38-39)
2. Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju — Annullament — Kundizzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 73) (ara l-punti 74, 80)
3. Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — Għan (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 73) (ara l-punti 86, 88)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2010, Storck vs L-UASI (T-13/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Novembru 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ ġurdien taċ-ċikkulata bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassi 30 — Karattru distintiv tat-trade mark.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
August Storck KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy