Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 — Legris Industries vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑289/11 P)
“Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Multi — Kumpannija parent u sussidjarja — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur”
1. Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà — Dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona — Fatt ġdid li jiġġustifika t-tressiq tardiv ta’ lment ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ xieraq — Esklużjoni (Artikolu 6(2) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 42(2) u 113(2)) (ara l-punti 33, 35, 36)
2. Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Natura konfutabbli — Oneru tal-prova (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 45-47)
3. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 51, 53)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Legris Industries vs Il‑Kummissjoni (T‑376/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F‑1/38.121) — Attrezzaturi) — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Ksur tad-dritt għal qorti indipendenti u imparzjali — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ responsabbiltà individwali u ta’ individwalità tal-pieni — Żnaturament tal-provi.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Legris Industries SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy