Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2012 — XXXLutz Marken vs UASI
(Kawża C-306/11 P)
“Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Trade mark figurattiva Linea Natura Natur hat immer Stil — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva Komunitarja natura selection — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni”
1. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 39-41)
2. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 50)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tal-24 ta’ Marzu 2011, XXXLutz Marken vs UASI — Natura Selection (Linea Natura Natur hat immer Stil) (T-54/09) li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1787/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Natura Selection, SL u XXXLutz Marken GmbH — Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali figurattivi “natura selection” u “Linea Natura Natur hat immer Stil” — Evalwazzjoni żbaljata tax-xebh ta’ dawn is-sinjali — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
XXXLutz Marken GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy