Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 —
Il‑Kummissjoni vs L-Awstrija
(Kawża C‑352/11)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2008/1/KE — Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis — Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jiġi żgurat li tali installazzjonijiet jintużaw skont ir-rekwiżiti ta’ din id-direttiva”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 9)
2. Stati Membri — Obbligi — Implementazzjoni ta’ direttivi — Implementazzjoni parzjali — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 11)
3. Stati Membri — Obbligi — Implementazzjoni ta’ direttivi — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern — Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 13)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jiġi żgurat li dawn l-installazzjonijiet jintużaw skont ir-rekwiżiti previsti fl-imsemmija direttiva.
Dispożittiv
1)
Billi naqset milli toħroġ awtorizzazzjonijiet skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, milli teżamina mill-ġdid, u skont il-każ, milli timplementa l-awtorizzazzjonijiet eżistenti u milli tiżgura li l-installazzjonijiet kollha eżistenti jintużaw skont ir-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 3, 7, 9, 10 13, 14(a) u (b) u 15(2) ta’ din id-direttiva, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.
2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy