Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 taʼ Mejju 2012 —
Il‑Kummissjoni vs Il-Belġju
(Kawża C‑370/11)
“Nuqqas taʼ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 36 u 40 tal-Ftehim ŻEE — Taxxa diskriminatorja imposta fuq il-qligħ kapitali magħmul meta jsir ix-xiri mill-ġdid taʼ azzjonijiet taʼ organi taʼ investiment kollettiv li huma stabbiliti fin-Norveġja jew fl-Islanda u li ma jibbenefikawx minn awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 85/611/KEE”
Ftehim internazzjonali — Ftehim li joħloq iż-Żona Ekonomika Ewropea — Moviment liberu tal-kapital — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq id-dħul (Ftehim ŻEE, Artikolu 40; Direttiva tal-Kunsill Nru 85/611) (ara l-punt 20 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas taʼ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 36 u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea — Taxxa diskriminatorja imposta fuq il-qligħ kapitali magħmul meta jsir ix-xiri mill-ġdid taʼ azzjonijiet taʼ organi taʼ investiment kollettiv li huma stabbiliti fin-Norveġja jew fl-Islanda u li ma jibbenefikawx minn awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 85/611/KEE.
Dispożittiv
1)
Billi żamm r-regoli li taħthom il-qligħ kapitali magħmul meta jsir ix-xiri mill-ġdid taʼ azzjonijiet taʼ organi taʼ investiment kollettiv li minnhom iktar minn 40 % tal-assi huwa investit fi krediti u li ma jirċevux awtorizzazzjoni maħruġa skont id-Direttiva 85/611/KEE tal-Kunsill, tal-20 taʼ Diċembru 1985, dwar il-koordinazzjoni taʼ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal organi taʼ investiment kollettiv fʼtitoli trasferibbli (UCITS), ma humiex taxxabbli meta dawn l-organi huma stabbiliti fil-Belġju, filwaqt li l-qligħ kapitali magħmul meta jsir ix-xiri mill-ġdid taʼ azzjonijiet taʼ tali organi stabbiliti fin-Norveġja jew fl-Islanda huma taxxabbli, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy